Stħarriġ tal-Iskejjel LGBTQI 2026

Introduzzjoni u Kunsens

Dwar dan is-servej

Dan is-servej jistaqsi dwar l-esperjenzi skolastiċi tiegħek fl-Ewropa bħala persuna żagħżugħa lesbjana, gay, bisesswali, trans, asesswali, queer u/jew intersess. Jekk għandek bejn 15 u 24 sena, nixtiequ nisimgħu l-esperjenza tiegħek.

L-informazzjoni li taqsam magħna se tgħina naħdmu biex nagħmlu s-sistemi edukattivi aktar siguri, aktar inklussivi u f’pożizzjoni aħjar biex jappoġġjaw lill-istudenti. Tista' taqra aktar dwar għaliex tista' tixtieq timla l-istħarriġ hawn. Tixtieq tkun taf aktar dwar l-IGLYO? Żur is-sit tagħna billi tagħfas hawn.

Dan il-kwestjonarju ġie żviluppat mill-IGLYO u minn organizzazzjonijiet affiljati. Ġie tradott għall-Malti mill-MGRM (Malta LGBTIQ Rights Movement). L-għan ta’ din ir-riċerka huwa li jiġu dokumentati l-esperjenzi ta’ studenti LGBTQI madwar il-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Kunsill tal-Ewropa. Dan għandu jwassal biex jiġu identifikati opportunitajiet kif l-edukazzjoni inklussiva tista’ titjieb permezz ta’ rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza.

Dan is-servej għandu joħodlok bejn wieħed u ieħor 15-il minuta biex timlieh. Ir-risposti kollha huma anonimi u kunfidenzjali. L-ebda informazzjoni personali li tista’ tidentifikak mhu se tkun mitluba. L-IGLYO hija responsabbli li t-tweġibiet jinżammu b’mod sigur, u li jiġu mħassra wara 12-il xahar. Tista’ taqra aktar dwar dan fid-dokument tagħna dwar il-privatezza.

Billi tagħfas “Li Jmiss”, qed taqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan is-servej.
Current Progress,
0 of 51 answered