L-Att dwar l-Awtonomija Personali

1.Taqbel mal-introduzzjoni tat-Teħid Appoġġjat ta' Deċiżjonijiet (Supported Decision-Making) f'Malta?
2.Taqbel mal-mod kif se jkun magħmul il-Bord il-ġdid għas-Salvagwardja tal-Awtonomija Personali?
3.Taqbel mal-Funzjonijiet li se jkollu l-Bord il-ġdid għas-Salvagwardja tal-Awtonomija Personali?
4.Taqbel mal-Mod li bih Persuna ta' Appoġġ tista' tintalab lill-Bord?
5.Taqbel mal-Proċess li għandu jiġi segwit biex jiġi deċiż jekk persuna tirċievix Persuna ta' Appoġġ?
6.Taqbel mat-Tul ta' Żmien li għalih jinħarġu l-Ordnijiet għas-Salvagwardja tal-Awtonomija Personali?
7.Taqbel li Persuni b'Raġuni Valida jitħallew Jaraw ir-Reġistru tal-Ordnijiet għas-Salvagwardja tal-Awtonomija Personali?
8.Taqbel mar-Rekwiżiti biex persuna ssir Persuna ta' Appoġġ?
9.Taqbel ma' dak li jgħid l-Att dwar il-Ħlas lill-Persuni ta' Appoġġ?
10.Taqbel mar-Rekwiżiti għall-Bidla ta' Persuna ta' Appoġġ?
11.Taqbel mal-Introduzzjoni ta' Persuni ta' Appoġġ mogħtija mill-Istat, meta persuna ma tistax issib Persuna ta' Appoġġ?
12.Taqbel li jkun hemm Regoli Addizzjonali għal Persuni ta' Appoġġ li jgħinu fil-Flus u l-Proprjetà?
13.Taqbel mar-Raġunijiet sabiex Jintemmu Ordnijiet għas-Salvagwardja tal-Awtonomija Personali?
14.Taqbel mar-Regoli elenkati għal Investigazzjonijiet possibbli mill-Bord għas-Salvagwardja tal-Awtonomija Personali?
15.Taqbel mal-Lista ta' Persuni li se jkunu jistgħu jitolbu li persuna tibda tgawdi minn Teħid Appoġġjat ta' Deċiżjonijiet (Supported Decision-Making)?
16.Taqbel mal-possibbiltà li jkun hemm Direttivi bil-Quddiem (Advance Directives)?
17.Taqbel mal-Lista ta' Funzjonijiet li jkollhom il-Persuni ta' Appoġġ?
18.Taqbel mal-Lista ta' Obbligi (Responsabbiltajiet) li jkollhom il-Persuni ta' Appoġġ?
19.Taqbel li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) se tissorvelja l-Ordnijiet għas-Salvagwardja tal-Awtonomija Personali?
20.Taqbel li s-Salvagwardji taħt l-Att dwar l-Awtonomija Personali għandhom jiġu applikati wkoll taħt l-Att dwar is-Saħħa Mentali?
21.Taqbel li l-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament għandu jirrevedi din il-Liġi kull tliet snin?
22.Tixtieq iżżid xi ħaġa aktar?